We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

G​ħ​anjiet it​-​Tfal 2

by Mary Anne Zammit

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €23.40 EUR  or more

     

1.
Aħrab il-Periklu Tmissx is-skieken, Tersaqx lejn in-nar, Tmissx is-sulfarini, Oqgħod attent fid-dar. Tiġrix fit-taraġ U timbuttax U meta tkun l-iskola Bir-riga tiċċajtax. Tilgħabx bil-plakek U s-swiċċijiet U meta tkun bil-qiegħda Titbandalx bis-siġġijiet. U meta tkun fit-triq Ara l-karozzi, Aqsam sewwa. Aħrab il-periklu Kemm jekk barra U kemm jekk ġewwa. Tmissx is-skieken ... Tilgħabx bil-plakek ... Irrepeti: Aħrab il-periklu Kemm jekk barra U kemm jekk ġewwa. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
2.
Il-Ħarifa 01:36
Il-Ħarifa Il-ħarifa bdiet f’Settembru. Wara sajf mimli mistrieħ Lura rġajna lejn l-iskola; Nibdew naħdmu minnufih. Billi tlajt ġo klassi ġdida Jiena rrid naħdem bis-sħiħ; Naqra, nikteb u nistudja U ’l-għalliem rispett nurih. Il-ħarifa staġun sabiħ Għalkemm jagħmel ir-ragħad u r-riħ. Jien inħobb nara l-weraq itir U r-rummien meta aħmar isir. Issa jidlam aktar kmieni Għax il-jum beda jiqsar. Aktar xogħol, aktar nirsistu Kif miġbura nkunu d-dar. Fil-ħarifa t-temp jiffriska, Xita tħaddar il-widien U mar-ragħad tal-maltempati Kif jinqasam ir-rummien! Il-ħarifa staġun sabiħ ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
3.
Fido 02:19
Fido Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! Jilgħab, jinbaħ, igerrem xi għadma Għandu snien ibsin Iferfer denbu meta jkun kuntent U għal li ngħidlu tarah dejjem attent Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! Jorqod, jiekol fil-kaxxa tiegħu, Naħslu u dejjem nadif. Iħobb jaqbeż u jilgħab fil-ġonna U biex jiġri tgħidx kemm hu ħafif! Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! Fido Fido m’għadekx il-ġeru żgħir Fido Fido kemm kbirtli malajr! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
4.
Nobdu ’l Mama Ara jekk tafx tagħmel bħali; Titla’ fil-għoli, titla’ fil-għoli! Ara jekk tafx tagħmel bħali; Titla’ fil-għoli, titla’ fil-għoli! Kemm avżatu l-mama biex joqgħod attent meta jmur fil-ġnien! Kemm avżatu l-mama biex joqgħod attent meta jmur fil-ġnien! Iva jien naf nagħmel bħalek; Nitla’ fil-għoli, nitla’ fil-għoli! Iva jien naf nagħmel bħalek; Nitla’ fil-għoli, nitla’ fil-għoli! B u u u m m m m ! ! Waqa’ minn fuq il-bandla għax ma obdiex dak li qaltlu l-mama! Waqa’ minn fuq il-bandla għax ma obdiex dak li qaltlu l-mama! Nobdu dejjem lill-mama. Nobdu dejjem lil-mama. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
5.
Il-Fulu 02:36
IL-Fulu Ħallejt fulu lejl jixxarrab, Tfajt ftit ilma ġo vażett, Dawwart ġewwa karta xuga biex tixxarrab sa fuq nett. Meta xxarrab dan il-fulu, Il-qoxra tiegħu ntefħet sew Jiena qegħedtu bejn il-karta u l-vażett biex jibq’ hemm ġew. Fulu, fulu fittex ikber. Hemmhekk żgur li m’għandekx riħ. Fittex nebbet, tella’ l-weraq, Zokk bil-fjuri u għeruq sal-qiegħ. Fulu, fulu fittex ikber. Hemmhekk żgur li m’għandekx riħ. Fittex nebbet, tella’ l-weraq, Zokk bil-fjuri u għeruq sal-qiegħ. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
6.
Nibżgħu Għall-Ambjent Nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna, Nieħdu ħsieb is-siġar u l-ward, Ma naħqrux, ma noqtlux annimali u fjur, B’hekk madwarna sabiħ jibqa’ żgur. Għaliex taqta’ kull warda sabieħa li ssib Sabiex tinxef ftit wara li lilha ġġib? Għaliex titfa’ mal-art il-karti tiegħek? Kemm aħjar jekk iġġorr l-indafa miegħek! Nibżgħu għall-ambjent ... Ħu pjaċir meta tmur passiġġata f’xi wied Jew f’xi triq nhar ta’ Ħadd qalb l-għelieqi, għall-kwiet; Siġar sbieħ kollha nwar (blanzuni) kull fejn tħares, Fjuri sbieħ bħal narċis, inkella qares. Nibżgħu għall-ambjent ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
7.
Aħħ Kemm Hu Bard! Aħħ! Aħħ kemm hu bard! Kemm hu bard! Aħħ kemm hu bard illum! Aħħ! Aħħ kemm hu bard! Kemm hu bard! Aħħ kemm hu bard illum! Mal-Milied tibda x-xitwa kiesħa. Nilbsu lkoll ġerżijiet ħoxnin, Magħna nġorru dejjem l-umbrella Biex żgur ma nispiċċawx imxarrbin. Nidħol kmieni fid-dar għas-sħana, Naqbad naqra xi ktieb sabiħ Jew nittawwal minn wara t-tieqa, Nara x-xita u nissemma’ r-riħ. Aħħ! Aħħ kemm hu bard! ... Ħafna drabi, biex nisħon sewwa, Ommi ssajjar qastan ifuh; L-imbuljuta biċ-ċikkulata Kemm inħobbu jaqbadni l-ġuħ! Kull fl-għaxija, id-dar bil-heater Għax il-kesħa tidħol hemm ġew. Fuq is-sodda, b’xi kutra ħoxna, Kemm nitgħatta u nitrekken sew! Aħħ! Aħħ kemm hu bard! ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
8.
Fir-Razzett 02:40
Fir-Razzett Ħriġna dawra sar-razzett Rajna ħafna annimali Baqar, fniek, tiġieġ u flieles, Papri, mogħoż, ngħaġ u majjali Klieb u ġriewi wuu wuu wuu Baqra u għoġol muu muu muu Papra tlaqlaq kwakk kwakk kwakk U t-tiġieġa klakk klakk klakk Ħriġna dawra sar-razzett ... Quqqu-qu-qu idden is-serduq Beqq qalet in-nagħġa, Ħi-ħo, ħi-ħo naħaq il-ħmar U d-dubbien minn fuqu tar Ħriġna dawra sar-razzett ... Klieb u ġriewi ... Quqqu-qu-qu ... Ħi-ħo, ħi-ħo naħaq il-ħmar U d-dubbien minn fuqu tar minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
9.
Opportunita` 02:26
Opportunita` (L-Għanja Tal-Iskola) Ejjew flimkien l-għanja tagħna nkantaw Biex biha ’l-iskola żgur nonoraw Għax fiha aħna nitgħallmu bis-sħiħ, Flimkien nitħejjew għal futur sabiħ. Għandna l-opportunita` li nitgħallmu ngħixu, Nitgħallmu nħobbu, Ngħinu ’l xulxin, Opportunita` illi moħħna niftħu, Bil-għaqal naħdmu, Insiru biżlin. Ejjew flimkien ... Mal-għalliema niftħu qalbna; tassew jifhmuna, Kemm iħobbuna Mhux biss bil-kliem, Naħdmu lkoll bil-qalb aħna l-istudenti Sabiex kuntenti Nimxu ‘l quddiem. Ejjew flimkien ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
10.
F’Nofs Il-Ġardina F’nofs il-ġardina hemm siġra kbira; Siġra sabieħa, folta u twila. F’nofs din is-siġra kbira u sabieħa Hemm friegħi ħelwa jiżfnu ferrieħa. Fuq dawn il-friegħi sodi u felħana Hemm ħafna weraq ileqqu ferħana. Fuq dawn il-weraq, maħduma b’għaqal Hemm bejta ċkejkna ta’ xi għasafar. Ġo din il-bejta hemm għasfur ċkejken Għadu jitwieled, rieqed imsejken. Ġo l-għasfur ħelu hemm qalb mimlija Sħana, imħabba, ħniena u mogħdrija. Kemm nixtieq kellna qalbna bħal din Biex dejjem veru nħobbu ’l xulxin! Kemm nixtieq kellna qalbna bħal din Biex dejjem veru nħobbu ’l xulxin! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
11.
Missieri Kemm Iħobbni! Missieri kemm iħobbni! Nieħu gost meta nkunu flimkien Għax meta jkun id-dar tgħidx kemm jgħallimni u nilagħbu bla waqfien. Kultant imur jistaħba u jien nipprova nfittex fejn mar Inkella jgħidli storja ta’ fatat; filli jgħum, filli tar! Missieri kemm iħobbni! ... Fuq dahru itellagħni, jiġri bija bħal żiemel maħrub. Inżomm biex ma naqax. Tassew li minni tgħidx kemm hu maħbub! Missieri kemm iħobbni! ... Jekk fil-garaxx ikun jagħmilli tavla fuq ġebla fin-nofs; Malajr ikolli ċaqlembuta, nilagħbu u tassew nieħu gost! Missieri kemm iħobbni! ... Jgħallimni nuża l-għodda, naħdem biha iżda ma nweġġax; Flimkien niżbgħu xi mejda u kemm nista’ fuq l-art ma nwaqqax. Missieri kemm iħobbni! ... Kultant noħorġu nixtru u miegħi jista’ ibattal karus! Jixtrili kotba, toys u xi pasti; missieri tassew ġeneruż. Missieri kemm iħobbni! ... Missier, missier, ħu paċenzja met’għadni żgħir La nikber inkun nafhulek u ta’ kollox inroddlok ħajr minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
12.
Tafu Tgħiduli Min Jien? Jien nagħtikom laħam tal-majjal; Tajjeb għall-kbar u tajjeb għat-tfal. Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Iva naf. Iva naf. Int il-qasqus. Int il-ħanżir. Iva naf. Iva naf. Inti żgur il-ħanżir. Ojnk ojnk Jien nagħtikom suf u ħalib; Fih is-sustanzi, jgħid it-tabib. Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Iva naf. Iva naf. Iva jien naf li inti n-nagħġa. Iva naf. Iva naf. Inti żgur in- nagħġa. BEEEQ! Ċanga nagħtikom, ħalib mhux ftit U mid-demm tiegħi jagħmlu l-mazzit. Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Tafu? Tafu? Tafu tgħiduli min jien? Iva naf. Iva naf. Iva jien naf li inti l-baqra. Iva naf. Iva naf. Inti żgur il-baqra. MUUU! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
13.
San Anton 02:39
San Anton L-għalliema tagħna ħaditna dawra, Dawra sabieħa sa San Anton. Kemm qgħadna bravi u kemm tgħallimna Fuq l-annimali ta’ San Anton! Rajna annimali żgħar u kbar, Smajna l-ħsejjes tagħhom fil-gallinar. Rajna xi għasafar u l-pagun, B’denbu tgħidx kemm tkessaħ, kemm hu brikkun! L-għalliema tagħna ħaditna dawra, Dawra sabieħa sa San Anton. Kemm qgħadna bravi u kemm tgħallimna Fuq l-annimali ta’ San Anton! Morna ħdejn il-vaska, kemm papri sbieħ Jgħumu f’wiċċ l-ilma u jinżlu fil-qiegħ! Rajna x-xadini jiddendlu maz-zkuk, Jieklu l-banana u bħal ikellmuk. L-għalliema tagħna ħaditna dawra, Dawra sabieħa sa San Anton. Kemm qgħadna bravi u kemm tgħallimna Fuq l-annimali ta’ San Anton! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
14.

about

Għanjiet it-Tfal 2 ħareġ fi Frar tal-1990 wara s-suċċess tal-ewwel ktieb u cassette Għanjiet it-Tfal 1, fis-sajf ta' qabel. Dawn l-għanjiet iġibu memorji sbieħ lil bosta tfal, ġenituri u edukaturi li sabuhom ta' akkumpanjament u riżorsa li ma kienx hawn wisq bħalha bil-Malti, dak iż-żmien. Illum, numru minnhom tistgħu ssibuhom animati fuq youtube, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Tislijiet!

Għanjiet it-Tfal 2 was first released in February1990 as a singalong book and cassette to complement the already popular set released in 1989. Like those in the first set, these supplied educators with children's songs in Maltese; resources that were lacking at the time. Adults who were children then, now parents or educators themselves share their fond memories of singing them or playing them for their kids on a cassette player. It is much easier to acquire now they are made available in digital form. Enjoy!

credits

released January 6, 1990

Words and Music by Mary Anne Zammit
recorded at the Media Centre Studios, Catholic Institute, Floriana

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: