We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

G​ħ​anjiet it​-​Tfal Vol 1

by Mary Anne Zammit

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €32.40 EUR  or more

     

1.
ŻInn Żinn Żinn Żinn Inħobb nisma' xi ħsejjes li jagħmlu l-annimali Ħafna minnhom lili iferrħuni Iżda xi oħrajn lili jdejquni Inħobb nisma' xi kelb jinbaħ meta ma jkunx irrabjat Jew qattus li jkun inewwaħ fuq xi cushion ixxamplat Iddejjaqni xi nemusa illi ddur fil-kamra tiegħi Tibda toqros. tibda żżarżar, donnha tkun trid taqbad miegħi Żinn żinn żinn żinn .... Inħobb nisma' xi ħsejjes li jagħmlu l-annimali Ħafna minnhom lili iferrħuni Iżda xi oħrajn lili jdejquni Inħobb nisma' dawk l-għasafar kull fil-għodu u kull fl-għaxija Ilkoll jgħannu ġo xi siġra donnhom jgħidu l-litanija Imma l-ħoss ta' xi dubbiena ddur iddur qisha raddiena Fitta, fitta m'għandhiex ħniena taqbad dik il-kantaliena Żinn żinn żinn żinn .... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
2.
Il-Lapes 02:33
Il-Lapes Iltqajt ma’ lapes qalb il-kuluri Kien donnu mdejjaq, mimli bil-buri Għedtlu, Xi ġralek? Għax qed tinkedd? U qalli storja mill-bidunett. Kien xtrani tifel minn ġo ħanut Fejn kont ma’ sħabi u qatt batut, F’idu qabadni b’riħa ta’ ħut. Malajr tefagħni fid-dlam, ġol-but. Iltqajt ma’ lapes... Għalkemm ma’ sħabu dan tassew twajjeb Fil-kitba tiegħu traskurat żgur; Iwaħħal fija jekk jikteb ikrah, Jekk jagħfas ħafna jgħid nikteb skur! Iltqajt ma’ lapes... Il-ponta jkisser, jaqsamli rasi, Ma jiħux ħsiebi, ma jagħtix kasi; Kemm jittrempani u jgiddem fija Sirt tassew qsajjar, migruf u l-bqija. Iltqajt ma’ lapes... Kont twil, twil, sabiħ u ġdid, Rasi ppuntata, nikteb pulit. Iss sirt nistħi lili nnifsi nuri; Aħjar nistaħba qalb dawn il-kuluri. Iltqajt ma’ lapes... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
3.
Il-Farfett 02:01
Il-Farfett Kont bajda ċkejkna f’għalqa sabieħa. Faqqast! sirt dudu (xagħat), kilt werqa sħiħa! Imbagħad ġie tifel, ħadni d-dar miegħu; Ġo vażett qegħedni ġewwa l-ġnien tiegħu. Ridt insir farfett nittajjar Fuq il-fjuri kollha kulur; Nogħla ’l fuq, niftaħ ġwinħajja F’ġonna sbieħ lili tara ndur. Rabbejt il-fosdqa u ntrabatt sewwa B’dik il-ħarira, kemm domt hemm ġewwa. Jiena ridt naħrab minn ġol-vażett; Kissirt il-fosdqa u sirt farfett! Sirt farfett li nħobb nittajjar Fuq il-fjuri kollha kulur; Nogħla ‘l fuq, niftaħ ġwinħajja F’ġonna sbieħ lili tara ndur. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
4.
Iqumu Mir-Raqda L-aktar staġun li nħobb hu r-rebbiegħa Għaliex għadda tax-xitwa l-ksieħ; Iqumu l-ħlejjaq mir-raqda tagħhom Sabiex igawdu daż-żmien sabiħ Il-ful u l-piżelli Ġa kibru mhux ħażin. Il-lewża u l-ħawħa Bil-weraq mimlijin. L-aktar staġun li nħobb hu r-rebbiegħa Għaliex għadda tax-xitwa l-ksieħ; Iqumu l-ħlejjaq mir-raqda tagħhom Sabiex igawdu daż-żmien sabiħ It-tjur u l-għasafar Ibidu bajd bil-wisq. Ifaqqsu ħafna fieles. Fl-irziezet hemm ir-risq! L-aktar staġun li nħobb hu r-rebbiegħa Għaliex għadda tax-xitwa l-ksieħ; Iqumu l-ħlejjaq mir-raqda tagħhom Sabiex igawdu daż-żmien sabiħ. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
5.
Il-Ħanżir 02:33
Il-Ħanżir Oħxon, oħxon qisu katuba, Par widnejn kbar kbar qishom qlugħ, Imnieħer ċatt, denbu nokklu ċkejken; Dalwaqt għall-qatla jeħduh! Il-ħanżir taqtagħlu denbu mhux jispiċċa, mhux jispiċċa, mhux jispiċċa. Il-ħanżir taqtagħlu denbu mhux jispiċċa iżda jsir ħanżir u biċċa! Oħxon, oħxon ... Il-ħanżir taqtagħlu rasu mhux jiżgiċċa, mhux jiżgiċċa, mhux jiżgiċċa. Il-ħanżir taqtagħlu rasu mhux jiżgiċċa iżda tieklu biċċa biċċa! Oħxon, oħxon ... Rasu, il-fwied, saqajh jew żaqqu kollox nieklu, kollox nieklu, kollox nieklu. Rasu, il-fwied, saqajh jew żaqqu kollox nieklu; anke l-ġilda tiegħu nieħdu! Oħxon, oħxon ... Xi kustilja, koxxa l-forn jew xi kawlata, xi kawlata, xi kawlata. Xi kustilja, koxxa l-forn jew xi kawlata minn xi ras kollha spulpjata! Oħxon, oħxon ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
6.
Kemm Taf Issajjar Il-Mama Kemm taf issajjar il-mama U kemm jogħġbu l-ikel il-papa`! Jien inħobb niekol mimli platt U milli sajjar ma ngerger qatt. Bajda friska kull filgħodu, Tiġieġa l-forn f’nofsinhar, Tas-serduk dak il-brodu, Dejjem sejjer in-nar. Kemm taf issajjar il-mama U kemm jogħġbu l-ikel il-papa`! Jien inħobb niekol mimli platt U milli sajjar ma ngerger qatt. Aħħ xi jfuħ dak il-fenek! Ommi ssajru bl-imbid, Tgħalli dak l-ispagetti U miegħu iz-zalza iżżid. Kemm taf issajjar il-mama U kemm jogħġbu l-ikel il-papa`! Jien inħobb niekol mimli platt U milli sajjar ma ngerger qatt. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
7.
Fjur Ta’ Mejju Fix-xahar sabiħ ta’ Mejju Inħobb immur sal-ġnien Inħares lejn il-fjuri U nitgħaxxaq b’dawk l-ilwien. Hemm dalji u buqari, Hemm ġiżi u ward, Hemm qronfol, gladjoli Fil-qsari u fl-art U fl-arja jittajru Insetti biżlin Ħa jdakkru lill-fjuri Bil-fwieħa mżejnin. Fost kemm fil-ġonna nara Jittajru, hemm insett Li lili ferm jogħġobni; Hu ħabibi il-farfett! Hemm dalji u buqari ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
8.
Kollox Sewwa 00:59
Kollox Sewwa! Dana kif, qal wieħed raġel, Illi l-qargħa ħamra tikber fl-art Meta ġandra ċkejkna tikber fl-għoli? Jiena żgur ma nistax naqbad art! Dik il-qargħa ħamra bil-weraq mitluq hemm Lanqas jixirqilha tkun mal-art! Dik il-qargħa ħamra bil-weraq mitluq hemm Lanqas jixirqilha tkun mal-art! (F’daqqa waħda taqa’ ġandra fuq imnieħru) Ajma mnieħri! qal dak ir-raġel. Imn’Alla kien hekk U allaħares ma kienx hekk! Imn’Alla f’dak il-għoli Kien hemm dik il-ġandra, Mhux il-qargħa ħamra ħoxna u kbira! L-aħjar li ma ngergrux, Nieħdu pjaċir b’kull m’hawn madwarna Għax il-ħolqien sabiħ Jekk inti lilu taf tammira! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
9.
Waslu l-Vaganzi – Uff Xi Sħana! Uff xi sħana! jaqbadni n-ngħas. Ix-xemx kemm taħraq tagħmilli uġigħ ta’ ras. Nixfet il-kampanja, sfar il-ħaxix, Għandi aptit l-iskola aktar ma niġix! E bilħaqq dalwaqt il-vaganzi! Kemm se nistrieħ u bix-xemx niġi sabiħ! Kemm se ngħum u nilgħab fir-ramel! Kemm se niħmar aktar barra milli d-dar. Kemm se niekol frott minn tas-sajf; Tin, tut u bajtar, għambaqar, farkizzan… Dalwaqt jigu l-festi w il-logħob tan-nar. Il-festa tagħna hija waħda mill-aħjar! E bilħaqq dalwaqt il-vaganzi! Kemm se nistrieħ u bix-xemx niġi sabiħ! Kemm se ngħum u nilgħab fir-ramel! Kemm se niħmar aktar barra milli d-dar. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
10.
In-Nemel 01:33
In-Nemel Nemel kbar, nemel żgħar, Taħdmu, taħdmu lejl u nhar, Timxu lkoll wara xulxin, Flimkien tgħixu magħqudin. Nemel ċkejken kemm int bieżel Qalb il-ħofor tiela’ u nieżel. Dejjem taħdem fil-jiem sħan Biex fix-xitwa tgħix ferħan. Nemel kbar, nemel żgħar, Taħdmu, taħdmu lejl u nhar, Timxu lkoll wara xulxin, Flimkien tgħixu magħqudin. Spiss tarakom qed iġġorru Xi frak ċkejken kull fejn tmorru; Lejn xi ħofra fil-ħamrija Minn filgħodu sa filgħaxija Nemel kbar, nemel żgħar, Taħdmu, taħdmu lejl u nhar, Timxu lkoll wara xulxin, Flimkien tgħixu magħqudin. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
11.
Il-Mama Tiegħi Il-mama tiegħi dejjem tieħu ħsiebi, Dejjem lili trid tara kuntent. Jiena nipprova nagħmilha wkoll ferħana U biex nikkuntentaha jiena noqgħod attent. Il-mama tiegħi dejjem tieħu ħsiebi, Dejjem lili trid tara kuntent. Jiena nipprova nagħmilha wkoll ferħana U biex nikkuntentaha jiena noqgħod attent. Naħsel il-platti jew nixxuttahomlha U noqgħod attent li ma mmurx inkissirhomlha. Immur naqdiha għand tal-ħanut; Nixtrilha l-laħam, il-frott jew il-ħut Il-mama tiegħi ... U meta tgħidli biex noqgħod nistudja Jiena nobdiha, ma noqgħodx inġib xi skuża. Nagħmel il-homework, nikteb pulit, Naqra u nistudja għax tgħidli għall-ġid. Il-mama tiegħi ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
12.
13.
Mama Ilgħab Miegħi Mama ħallik mill-faċendi. Issa ngħinek jien. Issa ngħinek jien. Mama ħallik mill-faċendi Ej’ nilagħbu logħba flimkien. Nilagħbu noli fil-kmamar; Jien nistaħba, jien nistaħba U int oqgħod fittex madwarek Sakemm tara fejn kienet il-moħba. Mama ħallik mill-faċendi... Fil-bitħa niġru xi ġirja Ejj’ aqbadni, ejj’ aqbadni Sakemm jirnexxilek tilħaqni, Imbagħad miegħek bil-ħlewwa tgħannaqni. Mama ħallik mill-faċendi... Xi jigsaw puzzle sabieħa Ejja ngħaqqdu, ejja ngħaqqdu. Iħobbok mama, oqgħod ħdejja. Meta nlestu tiħodli b’idejja. Mama ħallik mill-faċendi... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
14.
Banda Ġewwa d-Dar Umpa umpa um parapappa Umpa umpa um parapappa Umpa umpa um parapappa Umpa umpappa! Nagħmlu banda waqt li ngħinu lill-mama Ratatata-ratatata Ratatata-ratatata. Nagħmlu banda waqt li ngħinu lill-mama U nagħmlu ħafna ħsejjes sbieħ, bis-serjeta`. Bubumm bubumm bubumm il-friskatur Bubumm bubumm bubumm qisu tambur Bubumm bubumm bil-borma u kuċċarun U nagħmlu ħafna ħafna storbju bir-raġun Umpa umpa um parapappa ... Nagħmlu banda ... Għatu f’idi l-leminija, għadu f’idi x-xellugija Ejja ndoqqu l-platti u nagħmlu ħoss sabiħ Bil-kuċċarini ħsejjes żgħar u bil-platti ħsejjes kbar Ejjew nagħmlu banda sħiħa ġewwa d-dar Umpa umpa um parapappa ... Nagħmlu banda ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
15.
Il-Pitirross 01:49
Il-Pitirross Kelli pitirross, kont nagħtih jiekol, nagħtih jixrob Iżd’ huwa, xorta mdejjaq, dejjem lili dan kien jitlob: Psitt-psitt, psitt-psitt, Tajjarni minn hawn. Dil-gaġġa wisq żgħira. Ħarrabni minn hawn... Psitt-psitt, psitt-psitt, Tajjarni minn hawn. Dil-gaġġa wisq żgħira. Ħarrabni minn hawn... Qatta’ rixu kollu għax bla sabar kien jittajjar U li kien jaf kif jiftaħ żgur li jaħrab kien jitħajjar. Psitt-psitt, psitt-psitt, Tajjarni minn hawn. Dil-gaġġa wisq żgħira. Ħarrabni minn hawn... Psitt-psitt, psitt-psitt, Tajjarni minn hawn. Dil-gaġġa wisq żgħira. Ħarrabni minn hawn... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
16.
Mjaw Mjaw 02:12
Mjaw Mjaw Mjaw mjaw meta bin-nervi, Mjaw mjaw meta ferħan, Mjaw mjaw meta bil-ġuħ u Mjaw mjaw meta xebgħan. Il-qattus ħelu, jorqod mhux ftit. Ix-xemx iħobbha, anke t-tapit. Il-ħalib jixrob, jiekol il-ħut. Kemm tiġih tajba biċċa perżut! Mjaw mjaw meta bin-nervi, Mjaw mjaw meta ferħan, Mjaw mjaw meta bil-ġuħ u Mjaw mjaw meta xebgħan. Iħobb iħabbel xi kobba suf U għal xi ġurdiena iħobb iħuf. Kemm jilgħab miegħi u jħobb lit-tfal; Qatt ma jigrifhom b’dawk difrejh twal. Mjaw mjaw meta bin-nervi, Mjaw mjaw meta ferħan, Mjaw mjaw meta bil-ġuħ u Mjaw mjaw meta xebgħan. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
17.
Iħejju Għar-Raqda Ġiet ix-xitwa, beda l-bard U l-ħlejjaq staħbew fl-art. Wara r-raqda ta’ xi siġar Dalwaqt jerġa’ jibda l-ward. In-nemel bieżel ħejja l-bejta; Fis-sajf kien jaħdem lejl u nhar Biex issa fil-ksieħ, fil-bard u fir-riħ Hemm ġew jistkenn u jsib mistrieħ. Ġiet ix-xitwa ... Il-werżieq raqad raqda twila. Il-qanfud mar jistaħba ukoll. Is-siġar tat-tut, tal-għeneb (id-dielja), tat-tin (it-tina) Ħejjew biex jorqdu dawn ilkoll. Ġiet ix-xitwa ... Il-bebbux, malli ħass l-imxarrab Qam biex inaqqar weraq sbieħ. Hu biss ma ħejjiex għar-raqda l-friex Iżda qam jiekol minnufih. Ġiet ix-xitwa ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
18.
Immorru l-Bandli Ejja mmorru l-bandli lkoll Nitbandlu, ukoll nilagħbu magħkom. Ejjew immorru l-bandli lkoll Nitbandlu u nieħdu pjaċir. Il-bandla tiegħi jonqosha ż-żejt; Il-ħadida qiegħda żżaqżaq. Il-bandla tiegħek ukoll Bil-ħsejjes tagħha lilna ddaħħaq. Ejja mmorru l-bandli ... Jien naħa u inti oħra Ejja nirkbu ċ-ċaqlembuta; Int ninżel, jiena nitla’ ’l fuq, Ħafifa qisha ħuta. Ejja mmorru l-bandli ... Nitilgħu tarġa tarġa Biex niżżerżqu iż-żurżieqa U nagħmlu festa mat-tfal żgħar, Intajru xi bużżieqa. Ejja mmorru l-bandli ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
19.
Ċluff Ċluff Ċluff - ċluff - ċluff - ċluff Ċluff - ċluff - ċluff - ċluff Ċluff-ċluff xi mewġa kbira, ċluff-ċluff mal-blat, Ċluff-ċluff f’xi maltempata bis-sajjetti u r-ragħad, Ċluff-ċluff xi mewġa kbira, cluff-ċluff mal-blat, Kieku dejjem daqshekk imqalleb jien żgur li ma ngħum qatt! Kieku dejjem daqshekk imqalleb jien żgur li ma ngħum qatt! Ċluff - ċluff - ċluff - ċluff Kemm naħseb fuq is-sajjieda u dawk li jivvjaġġaw! Meta l-baħar ikun imqalleb dawn żgur li jinkwetaw. Il-baħar tassew li b’saħħtu u rasu iebsa wkoll Iżda meta jrattab żaqqu naqbżu fih biex ngħumu lkoll! Iżda meta jrattab żaqqu naqbżu fih biex ngħumu lkoll! Ċluff, ċluff, ċluff, ċluff, ... Nistenna dix-xitwa tgħaddi u l-kesħa tibda tnin, Ir-rebbiegħa tidħol ’il ġewwa, għas-sajf dejjem resqin. Imbagħad nispiċċaw l-iskola; jiġu l-vaganzi sbieħ! Għall-baħar nibdew naħsbu għax il-għawm jogħġobna sħiħ. Għall-baħar nibdew naħsbu għax il-għawm jogħġobna sħiħ. Ċluff, ċluff, ċluff, ċluff, ... minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
20.
Tfal Ħbieb 01:44
Tfal Ħbieb Jekk irridu nkunu tfal ferħana, Lilna kulħadd jiggustana, Dejjem nilagħbu flimkien U nkantaw kullimkien: Ma niġġildux iżda nkunu ħbieb, Il-ġugarelli tal-oħrajn nieħdu ħsieb, Nistudjaw ħafna u ngħinu ‘l xulxin, Naqsmu dak li għandna flimkien. Jekk irridu nkunu tfal kuntenti Dejjem noqogħdu attenti Biex ma nweġġgħux lil xulxin Għaliex wisq imqarbin. Ma niġġildux iżda nkunu ħbieb, Il-ġugarelli tal-oħrajn nieħdu ħsieb, Nistudjaw ħafna u ngħinu ‘l xulxin, Naqsmu dak li għandna flimkien. minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit
21.
Kieku Kelli 02:32
Kieku Kelli Kieku kelli ballun żgħir kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli ballun żgħir kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Inwaddab u nilqa’ dan il-ballun, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Inwaddab u nilqa’ dan il-ballun, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli tajra żgħira kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli tajra żgħira kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Intajjar it-tajra u nħoll l-ispag, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Intajjar it-tajra u nħoll l-ispag, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli ħabel żgħir kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli ħabel żgħir kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Naqbeż u naqbeż dan il-ħabel kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Naqbeż u naqbeż dan il-ħabel kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli karozza żgħira kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli karozza żgħira kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Insuq u ntellaq din il-karozza, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Insuq u ntellaq din il-karozza, kemm kont nilgħab b’dan il-ġugarell! Kieku kelli ħafna ġugarelli kemm kont nilgħab mat-tfal iż-żgħar! Imma ġugarelli jien għandi ftit iżda xorta waħda nilgħab irrid... Mela naqsmu l-ġugarelli li għandna flimkien U b’hekk ikollna ħafna inti u jien! U b’hekk ikollna ħafna inti u jien! minn Għanjiet it-Tfal ta’ Mary Anne Zammit

about

Għanjiet it-Tfal 1 ħareġ fis-sajf tal-1989 u l-isbaħ kumment li qlajt għalih kien minn ġenitur li qalli "Dħalt f'qalb it-tfal". Wara s-suċċess tiegħu ġie segwit minn Għanjiet it-Tfal 2 fi Frar ta' wara. Dawn l-għanjiet iġibu memorji sbieħ lil bosta tfal, ġenituri u edukaturi li sabuhom ta' akkumpanjament u riżorsa li ma kienx hawn wisq bħalha bil-Malti, dak iż-żmien. Illum, numru minnhom tistgħu ssibuhom animati fuq youtube, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Tislijiet!


Għanjiet it-Tfal was first released in Summer1989 as a singalong book and cassette that became immediately popular particularly with kindergarten and primary school children and their educators. These children's songs in Maltese were on cassette and are now available on CDs and in digital form. Enjoy!

credits

released January 7, 1989

Words and Music by Mary Anne Zammit
recorded at the Media Centre Studio, Catholic Institute, Floriana in 1989

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: