We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Bħall-gondolier, f’dan il-mistier
Barklor jien sirt, kont tfal u hekk bqajt, sallum li kbirt.
Trabbejt ix-xatt, mort skola qatt
U dan ix-xogħol ta’ fqir barklor jien waħdi qbadt.

Trid tkun frejagta biex naqla’ l-ġurnata
Kemm qdift binhar, billejl, kelli għalfejn!
Għax f’dawn is-snin tgħidx kemm baħrin
Bid-dgħajsa qtajt, abbord tellajt, lejn l-art wassalt.

Barklor! Ġie l-waqt. Niżżewweġ xtaqt.
F’dax-xogħol stinkajt, bil-flus li qlajt familja tmajt.
Barklor jien bqajt pero ppruvajt
Lit-tfal, kemm stajt, fi skola tajba edukajt.

L-ulied kibruli u tlieta laħquli
Perit, tabib, qassis; neħħewli l-piż.
U illum sinjur bid-dgħajsa ndur;
Nistad għall-ħut, barklor kif għext barklor sa mmut.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: