We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Denis, dak Denis tifel kap tal-imqarbin
Qatt ma jkun id-dar ħlief f’xi nofsinhar
Jagħmel stejjer mill-kbar
Għaliex ħej

Denis, dak Denis li jistudja m’għandux kont
U fejn tarah ikun jilgħab bil-ballun
Dat-tifel ftit brikkun.
Għalxejn kultant missieru lil Danny jbeżbiżhielu;
Fastidju u jittanta, Denis lil kulħadd jiskanta.

Denis, dak Denis qatt ma għandu kwarta kwiet;
Sejjer għall-bejtiet jew għaż-żrinġijiet,
Qatta’ l-qmis u anke l-qalziet.

Denis, dak Denis mhuwiex tifel malizzjuż
Għalkemm prużuntuż, imma kuraġġuż,
Tassew tifel gustus.
Imma ħej,

Denis, dak Denis kulma jara jtih bis-sieq.
Jekk tarawh fit-triq, allavolja rqiq
Tgħidu kemm hu żaqqieq;
Mar jixtri l-murtadella mingħand tal-ħanut, Stella;
Kif ’l ommu urihielha tatu xebgħa għax naqqarhielha!

Denis, dak Denis jieħu lil kulħadd biċ-ċajt,
Iħobb lil kulħadd, ma jigdeb fuq ħadd,
Tifel bħalu ma rajt qatt!

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: