We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Jien kelli ħija Tommy. Minn meta konna żgħar
Kien jilgħab mas-suldati; miġnun għall-militar
Kull sold li kien jiddobba, suldat taċ-ċomb jixtrih
U fall-in fuq il-mejda kien jgħajjtilhom minnufih:

Imxu, Suldali għall-manuvrar
Din dixxiplina tal-militar
Smart bil-beret flok beritta tal-pizz
Tgħidulix, Kif? għax teħlu stop leave
Mela march b’pass ħafif
Qed nordnalkom b’servizz.

Kif laħaq l-età tiegħu ingaġġa fir-riġment;
Kulħadd ħa grazzja miegħu, malajr laħħquh surġent
Għax b’leħnu, lis-suldati, kien jiddixxiplinahom
Manuvri jew parati b’din l-għajta jiċċassahom:

Imxu, Suldali għall-manuvrar
Din dixxiplina tal-militar
Smart bil-beret flok beritta tal-pizz
Tgħidulix, Kif? għax teħlu stop leave
Mela march b’pass ħafif
Qed nordnalkom b’servizz.

Imbagħad fi żmien il-kriżi minn tas-Suez Canal
Kemm show quddiem l-Ingliżi għax ried jilħaq fizzjal
Fit-toroq salt xenati minn seba’ mili bogħod
Tisimgħu l-ordni jagħti b’dak leħnu qawwi u sod:

Imxu, Suldali għall-manuvrar
Din dixxiplina tal-militar
Smart bil-beret flok beritta tal-pizz
Tgħidulix, Kif? għax teħlu stop leave
Mela march b’pass ħafif
Qed nordnalkom b’servizz.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: