We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Fid-dinja kulħadd għandu xi delizzju,
Fid-dinja kulħadd għandu xi namur;
Haw min iħobb l-isports għall-eżerċizzju
‘Mma n-namra tiegħi din ta’ kaċċatur.

Arani b’dak is-senter fuq spallejja,
U skartoċċi madwar qaddi xi ħamsin,
Il-kelba nżomm biċ-ċinga bejn idejja
U barżakka għall-għasafar maqbudin.

U għalkemm jgħidu li aħna l-kaċċaturi
Bħal sħabna, is-sajjieda, giddibin,
Did-darba lili emmnu lkoll sinjuri:
B’tir wieħed jiena ġieli lqatt sittin ...x’gidba din!

Iva żgur, iva żgur għax jien l-aqwa kaċċatur.
Iva żgur, iva żgur għax jien l-aqwa miratur.
B’idi vojta jien mill-kaċċa lejn id-dar qatt, le, ma mmur;
Naqbad żgur, naqbad żgur għax jien veru kaċċatur.

Filgħodu għal xi t-tlieta nqum mis-sodda
U wara il-quddies, bla telf ta’ żmien,
Bil-ġirja lejn id-dar nitlaq għall-għodda
Ħa mmur lejn Dellimara għas-summien.

Fettilli nidħol f’għalqa riservata
U wieħed bidwi tani ħasla kliem;
Ħasibni dħalt nisraqlu il-patata
Mentri mort biex nispara għall-gamiem.

Il-kaċċa lili titlef minn sensija;
Kemm nieħu gost infaqqa’ l-isparar!
Kull meta mmur barżakka nġib mimlija
U x’ikla tajba nagħmel f’nofsinhar!

Iva żgur, iva żgur għax jien l-aqwa kaċċatur.
Iva żgur, iva żgur għax jien l-aqwa miratur.
B’idi vojta jien mill-kaċċa lejn id-dar qatt, le, ma mmur;
Naqbad żgur, naqbad żgur għax jien veru kaċċatur.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: