We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Il-kampnar tal-knejjes tal-bliet tagħna kemm iħobb leħnu jsemmagħna;
Minn dak l-għoli isejjħilna kuljum u nisimgħuh għaliex jaqblilna.
Tkun xi festa jferraħ ’il-qlub tagħna, fis-smewwiet jerfagħna.
Dak l-ilsien inħobbu jiena, xi pjaċir il-moti tal-qanpiena.
Din Don Dan
Maltemp kbir f’nofs ta’ xi lejl iħabbruhulna
Din Don Dan
Biex nitolbu u kull gwaj ibegħdulna

U l-kampnar mingħajr qatt ma jistona tgħidx kemm mużika ikkompona;
Għall-quddies tokki qawwija, filgħaxija l-mota tal-Ave Marija,
Nota mgħaġġla żgur ta’ xi funzjoni jew benedizzjoni
U b’nota tal-ħamis flgħaxija biex niftakru f’Jum L-Ewkaristija.
Din Don Dan
Meta t-tokki nisimgħuhom ftit għajjiena
Din Don Dan
Ngħidu Requiem, xi ħabib ħalliena

Żmien il-gwerra konna insejniehom u aħna, li mdorrijin bihom
Minn filgħodu sa filgħaxija daqq xejn u mill-kampnar x’melankonija!
Imma wara l-gwerra nimpikaw bejnietna; kemm-il qampiena ġietna!
Berikniehom u tellajniehom u tgħidx kemm fraħna li mill-ġdid smajniehom.
Din Don Dan
Minn dak l-għoli fejn issaltan bħal Reġina
Din Don Dan
Doqq, qampiena, ibqa’ doqq għalina

Kun reġina b’qalb ħanina,
Qatt tħallina u doqq għalina.
Din Don Dan

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: