We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Kif twelidt għad-dinja, jiena
Lilek sibt l-akbar ħabib.
Rasi ħsilt bl-ilma tal-ħniena;
X’ferħ kbir fija mort iġġib!

Ruħi ġbidt bħal kalamita
Biex is-sema biss nixtieq,
Fejn hi l-ħajja infinita,
Fejn hi l-hena garantita
Għax hemm jgħammar il-Ħallieq.


Kontra l-għadu, fit-tfulija
Minnek jien ġejt indukrat.
Ruħi saret ferm qawwija;
Tajtni l-Griżma u sirt suldat.

Bdejt titmagħni ikel benna;
Tibqa’ tħobbu meta dduq.
U int għallimtni biex nithenna,
Hemm fejn biss tinsab il-ġenna
Għandi nitfa’ ħarsti ’l fuq.



Fiż-żmien iebes taż-żgħożija
Int erfajtni mill-waqgħat.
Kont id-dawl li sibt għalija
Waħda żgur mit-tliet triqat.

Int lil ruħi qatt ma nsejtha;
Fuqi bqajt dejjem attent.
Tfajla sibt u ferm ħabbejtha,
Lilha biss f’qalbi żammejtha,
Żewwiġtn’ int, bqajt ngħix kuntent.


U jien tfal għandi numru sewwa;
Mill-aħjar dejjem rabbejt
U għal kliemek kollu ħlewwa
Bil-kuraġġ ħdimt u batejt.

U nittama li tkun ħdejja
Meta jasal dak iż-żmien
Li fih jien nagħlaq għajnejja;
Ħdejn is-sodda tiegħi ejja.
Saċerdot inħobbok jien.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: