We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Isimgħu darba xi ġrali bil-ħmar tiegħi... tiegħi:
L-Imnarja għall-premju bih mort bit-tifel miegħi... miegħi.
Fit-triq tar-Rabat kulħadd ġie ħabat għalina għax konna mexjin.
In-nies bdew sejrin, “Xi ħmerija din! Għandhom ħmar; dawk imisshom rikbin!”

U għalhekk jien għedt ’l ibni ż-żgħir biex jirkeb fuqu... fuqu
U jien, bir-riedni f’idejja, bdejt insuqu... suqu.
“Qisu farfett, tifel bla rispett, minn missieru kif ma jistħix!?”
Din l-idea bi kwieti lili ma ħallitnix.

U għalhekk niżżilt ’l ibni jsuq, imbagħad tlajt jiena... jiena.
“Minn ibnu”, bdew jgħidu n-nies, mank għandi ħniena... ħniena!
U għax tlajna t-tnejn kemm garr beda ġej: “Povru ħmar, miskin, ser joqtluh!”
Dawn kienu l-ħbieb; lili ġieni l-ħsieb li norbtuh u fuq daharna nġorruh.

Mixjin u poplu ta’ nies jgħaddu ż-żmien bina... bina
Għaliex ma kienu raw qatt ħaġa bħal dina... dina!
Waqagħlna l-ħmar u katavru sar. Din l-istorja ma ninsa qatt:
Li fid-dinja le tista’ tikkuntenta ’l kulħadd.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: