We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Ġewwa Spanja mal-Franċiżi sewwasew kif spiċċa l-ġlied
Talbu ’s-sindku, wara l-kriżi il-permess, il-patrijiet,
Li l-kastell bil-bombi mwaqqa’ f’kunvent jibdlu bla dewmien.
Patrijiet ħadmu lkoll b’daqqa sa bdew fih jgħammru flimkien.
Darba l-ajk sema’ l-qampiena, ir-rixtellu jiftaħ mar,
Sab tarbija tibki l-ħniena fl-art telquh xi qlub mill-agħar.
Sabuh nhar San Marċellino
U hekk semmewh lil dal-bambino
Marċellino Pane e Vino
Marċellino Marċellin.


Patrijiet tgħidx kemm tħabtulu, kemm ċanfir minħabba fih
Biex familja isibulu forsi tkun tista’ trabbih.
Ħadd ma riedu; dal bambino trabba u kiber fil-kunvent,
Patrijiet b’dan Marċellino kulħadd kien tassew kuntent
Għax kien fuq ruħu u jittanta lill-patrijiet u ’l Fra Din Don
Bil-film tiegħu kulħadd skanta; tmur fejn tmur tisma’ dat-ton:
Sabuh nhar San Marċellino
U hekk semmewh lil dal-bambino
Marċellino Pane e Vino
Marċellino Marċellin.



Fil-kunvent ġo kamra fqira kien jinsab il-kruċifiss
Marċellin b’imħabba kbira lilu kien ikellem spiss;
Jara ’l-ajk il-mejda jarma, mingħajr ħsejjes Marċellin
L-ikel ta’ xi patri jżarma u jiġri bih għand il-Bambin.
Kollu ħlewwa, Marċellino, ħobż u nbid kuljum jagħtih,
Mhux ta’ b’xejn li Pane e Vino il-Bambin lilu semmih!
Sabuh nhar San Marċellino
U hekk semmewh lil dal-bambino
Marċellino Pane e Vino
Marċellino Marċellin.



Darba l-ajk għamillu l-għassa fejn imur bil-ħobż u nbid.
Ra ’l-Bambin jiekol u ċċassa, ferħ ġo qalbu kompla jżid.
Marċellin lil Ġesu talbu li jixtieq jara ’l-mama,
Il-Bambin kien qralu f’qalbu u urihielu b’serjetà.
Marċellin ma damx jistenna; nagħsa ħelwa daħlet fih;
Il-Bambin kien ħadu l-ġenna biex għal dejjem igawdih.
Sabuh nhar San Marċellino
U hekk semmewh lil dal-bambino
Marċellino Pane e Vino
Marċellino Marċellin.

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: