We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

lyrics

Nibqa’ nżommha tixgħel fija din il-fidi kollha dawl,
Hekk, kif waslet sħiħa għalija sa minn meta ġie San Pawl.
Jien ngħaddiha lit-tfal tiegħi biex dawn, bħali, jagħmlu patt
Li dil-fidi tassew kbira dejjem jirtu ulied dil-gżira.
Żgur minn Malta ma tmut qatt.

Qaddisin missirijietna tempji ’l Alla, għalina bnew,
Minn fejn dejjem barka ġietna. X’monumenti kbar ħallew!
Minnhom dawn riedu jgħallmuna li d-destin tagħna mhux haw’;
Alla biss kien l-hena tagħhom, f’kull bżonn dejjem waqaf magħhom.
Bħalhom fih biss nittamaw.

Ta’ kull sena festa kbira f’nhar San Pawl niċċelebraw;
Jalla ta’ qawmien jiswielna biex fil-fidi nissudaw.
Jekk xi ħadd jiġi jipprova jisirqilna dat-twemmin
Malta bħal blata żonqrija tkun b’idejn San Pawl miksija,
Missier veru tal-Maltin!

credits

license

all rights reserved

tags

about

Mary Anne Zammit Malta

WELCOME to my website where you may enjoy songs in maltese.
Thanks for supporting.

MERHBA fuq is-sit tiegħi fejn tista' tgawdi għanjiet u kanzunetti bil-malti.
Grazzi tas-sapport.

contact / help

Contact Mary Anne Zammit

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mary Anne Zammit, you may also like: